Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Bank Ewropew tal-Investiment

Imwaqqaf fl-1958, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) hu l-bank tal-Unjoni Ewropea li jagħti self fit-tul. Il-BEI hu attiv madwar l-UE kif ukoll f'madwar 140 pajjiż madwar id-dinja li għandhom ftehim ta' kooperazzjoni mal-UE. Il-bank jikkollabora fil-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jgħin fil-kisba tal-għanijiet tal-UE.

Il-BEI isellef lis-settur pubbliku u privat fl-oqsma tal-Koeżjoni u l-Konverġenza, jappoġġa l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, l-iskemi ambjentali, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, kif ukoll it-trasport u l-enerġija. Il-bank ma jipprovdix sussidji.

Inħolqu diversi strumenti ta' finanzjament biex jitmexxew taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13:

  • JASPERS : Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej
  • JEREMIE : Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji
  • JESSICA : Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet
  • JASMINE : Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet tal-Mikrofinanzi fl-Ewropa

Għal aktar dettalji

Il-Bank Ewropew tal-Investiment English

Inġinerija finanzjarja

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a