Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

B'baġit totali ta' madwar €3.8 biljun (bil-prezzijiet tal-2006) għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13, il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jappoġġa s-sajd Ewropew u s-settur tal-akwakultura, iż-żoni tas-sajd u s-sajd fl-ilmijiet interni. Għalhekk, jiffinanzja l-Programmi Operattivi mfassla mill-Istati Membri f'konsultazzjoni mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali lokali u reġjonali involuti fis-settur tas-sajd.

Biex jirbaħ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, Programm Operattiv irid ikun konsistenti mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), waqt li jitqiesu l-elementi ekonomiċi, ambjentali u soċjali. Mill-2007 sal-2013, il-FES se jiffoka fuq erba' elementi prinċipali ta' azzjoni:

  • miżuri biex tiġi adatta l-flotta tas-sajd tal-UE
  • l-akwakultura, is-sajd fl-ilmijiet interni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura
  • miżuri ta' interess komuni li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-PKS
  • żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd

Għal aktar dettalji

Miżuri strutturali u l-FES

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a