Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) jappoġġa l-politika Ewropea dwar l-iżvilupp rurali. Għal dan il-għan, jiffinanzja l-programmi tal-iżvilupp rurali fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni. Il-programmi huma mfassla f'kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, waqt li jitqiesu l-linji gwida strateġiċi għall-politika tal-iżvilupp rurali addottati mill-Kunsill u l-prijoritajiet imniżżla fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali.

Għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13, il-Fond jiffoka fuq tliet għanijiet ewlenin:

  • it-titjib tal-kompetittività tal-agrikoltura u l-forestrija
  • it-titjib tal-ambjent u l-appoġġ għall-ġestjoni tal-kampanja
  • it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali

Il-Politika ta' Koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni fl-appoġġ tar-reġenerazzjoni ekonomika taż-żoni rurali, u tikkumplimenta l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Għal aktar dettalji

Il-Politika tal-Iżvilupp Rurali 2007-13

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a