Navigation path

Additional tools

A sa Ż

ESPON (Network Ewropew tal-Osservazzjoni tal-Ippjanar Spazjali)

L-ESPON hu programm ta' riċerka applikata maħsub biex jappoġġa l-formulazzjoni tal-politiki tal-iżvilupp territorjali fl-Ewropa. Għal dan il-għan, il-programm jipproduċi data estensiva u sistematika dwar ix-xejriet territorjali relatati ma' aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali varji, biex jiġi identifikat il-potenzjal tar-reġjuni, l-ibliet u territorji ikbar u l-isfidi ekonomiċi li jiffaċċaw.

L-attivitajiet tal-ESPON ikopru l-Istati Membri kollha tal-UE u l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, u jinvolvu iktar minn 130 entità madwar il-kontinent. Imexxu tipi differenti ta' studji (tematiċi, l-impatt politiku, temi transversali, netwerking xjentifiku, il-bini tal-kapaċità) u jipproduċu data territorjali fil-forma ta' statistika, analiżi u mapep. Għalhekk, waħda mill-isfidi ewlenin tal-ESPON tinvolvi li l-materjal ikun aċċessibbli u li jinftiehem mill-fassala tal-politika lokali. Fil-livell tal-UE, ir-riżultati tal-isforzi tar-riċerka tal-ESPON jipprovdu sors ta' informazzjoni kumparabbli li jista' jintuża biex jitjiebu l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni.

Għal aktar dettalji

Il-programm ESPON English

Is-sit web tal-ESPON English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a