Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Spazjali (ESDP)

Il-kunċett oriġinali wara l-ESDP jmur lura għas-sittinijiet Wara diskussjonijiet intensivi, din ġiet uffiċjalment addottat f'Mejju 1999 mill-ministri bir-responsabbiltà għall-ippjanar reġjonali fil-15-il Stat Membru. L-ESDP hi qafas għal linji gwida ta' politika maħsuba biex ittejjeb il-kooperazzjoni f'politiki settorjali tal-UE li għandhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp spazjali u territorjali. Għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni ta' politiki nazzjonali f'dan il-qasam. L-ESDP hi msejsa fuq tliet prinċipji ewlenin: l-iżvilupp ta' sistema urbana bilanċjata u poliċentrika u relazzjoni mġedda bejn l-ibliet u l-kampanja; l-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-infrastrutturi tal-għarfien; u l-iżvilupp sostenibbli, il-ġestjoni intelliġenti u l-konservazzjoni tal-assi naturali u kulturali.

Għal aktar dettalji

Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Spazjali (ESDP) English Deutsch español français italiano polski

Network Ewropew tal-Osservazzjoni tal-Ippjannar Spazjali (ESPON) English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a