Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Opportunitajiet Indaqs

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi s-sinsla tal-liġi tal-UE u tat-tfassil tal-politika.

L-UE hi impenjata li tiżviluppa miżuri biex tiżgura l-opportunitajiet indaqs u l-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni, hu x'inhu s-sess tagħhom. L-etos japplika fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u tal-familja. L-UE qed tkompli taħdem għall-ugwaljanza bejn is-sessi biex issaħħaħ id-drittijiet ta' ugwaljanza u tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni.

Il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni issaħħaħ fit-Trattat ta' Amsterdam. L-UE issa għandha s-setgħa tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni mhux biss fuq il-bażi tas-sess, iżda anke f'rabta mar-razza jew l-oriġini etnika, it-twemmin reliġjuż, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali.

L-impenn tal-UE fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u n-non-diskriminazzjoni jista' jinstab fil-politiki kollha tagħha, inklużi dawk li jkattru l-iżvilupp reġjonali.

Għal aktar dettalji

Is-sit web tad-DĠ għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a