Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Ambjent

Il-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tikkonserva, tħares u ttejjeb l-ambjent għall-ġenerazzjoni preżenti u futuri, u li tippromwovi l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli.

Il-prijoritajiet ewlenin tal-politika huma: il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; il-protezzjoni tal-bijodiversità; it-tnaqqis tat-tniġġis u l-impatt tiegħu fuq is-saħħet il-bniedem; id-difiża tal-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali.

L-UE temmen li l-politika ambjentali tagħha ma tistax ħlief tagħmel ġid lill-Ewropa: standards ambjentali għoljin jistgħu jinkuraġġixxu l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Għalhekk, il-ħarsien tal-ambjent jikkumplimenta l-għan tal-UE li tiżvilupp ekonomija qawwija u dinamika.

Il-ħtieġa li jiġu applikati l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u li nsiru konxji tal-bżonnijiet tal-ambjent tidħol fil-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika tal-UE. Dawn jinkludu l-inizjattivi u l-programmi taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13. Il-proġetti li jitolbu finanzjament permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-politika għandhom juru kif il-proposti tagħhom jistgħu jħallu impatt fuq l-ambjent u juru li ħadu in kunsiderazzjoni l-iżvilupp sostenibbli.

Għal aktar dettalji

Ħarsa Ġenerali tal-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a