Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI)

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) għandha l-għan li tappoġġa l-proċess ta' riforma politika, ekonomika u soċjali f'dawn il-pajjiżi ġirien tal-Unjoni Ewropea: l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Lebanon, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuniżija u l-Ukrajna. L-ENP tara li ssaħħaħ il-prosperità, l-istabilità, is-sigurtà, l-ekonomija tas-suq u t-tkabbir sostenibbli permezz ta' djalogu kontinwu ma' kull pajjiż imsieħeb.

Il-pjanijiet ta' azzjoni li jistabbilixxu l-prijoritajiet fit-terminu l-qasir u medju għall kull pajjiż imsieħeb huma fost l-istrumenti ewlenin ta' din il-politika. Għalkemm il-pjanijiet ta' azzjoni huma mfassla speċifikament għal kull wieħed mill-pajjiżi ġirien, dawn ġeneralment jirreferu għal għadd ta' attivitajiet komuni, li jvarjaw mid-djalogu politiku għal kwistjonijiet relatati man-negozju u l-kooperazzjoni ekonomika u soċjali.

Mill-2007 l-implimentazzjoni tal-programmi għall-pajjiżi individwali hi ffinanzjata mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), li jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għall-Partenarjat Strateġiku mar-Russja. Għall-perjodu 2007-13 il-baġit tal-ENPI jammonta għal madwar €12-il biljun.

Għal aktar dettalji

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat English Deutsch español français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a