Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Tkabbir

Bl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007, l-Unjoni Ewropea issa għandha 27 Stat Membru. It-tkabbir jirreferi għall-mewġiet ta' membri ġodda li ngħaqdu mal-UE. S'issa wieħed u għoxrin pajjiż ingħaqdu mas-sitt membri fundaturi tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda):

  • 1973: id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit
  • 1981: il-Greċja
  • 1986: il-Portugall, Spanja
  • 1995: l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja
  • 2004: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja
  • 2007: il-Bulgarija, ir-Rumanija

Il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija għandhom l-istatus ta' pajjiżi kandidati. In-negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja u t-Turkija nfetħu fit-3 ta' Ottubru 2005. Minbarra l-Kroazja u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent huma pajjiżi kandidati potenzjali (l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja).

Matul il-perjodu 2007-13, l-Istrument għall-għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni jirrappreżenta l-istrument finanzjarju tal-UE għall-proċess ta' qabel l-adeżjoni. L-għajnuna hi pprovduta fuq il-bażi ta' Sħubiji ta' Adeżjoni mal-pajjiżi kandidati u Partenarjati Ewropej mal-pajjiżi kandidati potenzjali.

Għal aktar dettalji

Strument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni

Pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a