Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Impjiegi

L-UE hi marbuta li tgħin lill-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tal-ekonomija globali u tara li jkollha rwol fit-tiswir ta' kundizzjonijiet tajbin biex jinħolqu l-impjiegi u jkun hemm tkabbir ekonomiku. Fl-2000 l-UE ġeddet l-aġenda ekonomika tagħha billi żviluppat l-Istrateġija ta' Liżbona. Din l-Istrateġija reġgħet ġiet varata fl-2005 b'għan aktar speċifiku fuq it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

L-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tal-UE, u l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi, huma mmexxija mill-bżonn li jiġi indirizzat il-qgħad. L-UE hi konxja sew li ħafna persuni huma rvinati minħabba n-nuqqas ta' xogħol. Barra minn hekk, b'iktar nies jaħdmu s-soċjetà Ewropea tkun tista' tkampa mat-tibdiliet demografiċi. It-taxxi miġbura mill-ħaddiema huma meħtieġa biex jiffinanzjaw il-pensjonijiet u l-ispejjeż marbuta mal-kura tas-saħħa li qed jiżdiedu.

Għal dan il-għan, l-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi għandha l-għan li tikseb rata ta' impjiegi - il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol li jaħdmu fl-Ewropa - ta' 70% sal-2010.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadmu flimkien biex jiżguraw li l-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13 ikun marbut mill-qrib mal-aġenda tat-tkabbir u l-impjiegi. L-għan iddikjarat tal-Politika ta' Koeżjoni hu li jinħolqu 2.5 miljun impjieg madwar l-Ewropa.

Għal aktar dettalji

It-twassil tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi permezz tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE English Deutsch español français italiano

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a