Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Eliġibilità tal-infiq

Il-kriterji għall-eliġibilità tal-infiq jiddeterminaw jekk spiża tikkwalifikax għall-finanzjament skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) jew il-Fond ta' Koeżjoni.

Tliet Regolamenti tal-KE (1080/2006, 1083/2006 u 1828/2006) jistabbilixxu l-prinċipji ewlenin dwar l-eliġibilità tal-infiq fil-livell Ewropew biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-regoli ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri. Il-kriterji dettaljati huma stabbiliti fil-livell nazzjonali.

Sabiex nefqa tkun eliġibbli għall-finanzjament, wieħed mill-prerekwiżiti jirrikjedi li din tkun tħallset bejn id-data tas-sottomissjoni tal-Programmi Operattivi lill-Kummissjoni jew l-1 ta' Jannar 2007 ( jekk din id-data tiġi qabel) u l-31 ta' Diċembru 2015.

Taħt ċerti kundizzjonijiet, kontribuzzjonijiet f'oġġetti u spejjeż amministrattivi jistgħu jkunu eliġibbli. L-ispejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-programmi taħt l-objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jinkludu l-ħlasijiet finanzjarji u l-ispejjeż tal-garanzija, kif ukoll l-infiq mill-awtoritajiet pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Il-Kummissjoni adottat ukoll lista ta' titli ta' nfiq li mhumiex eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet mill-ERDF, l-ESF jew il-Fond ta' Koeżjoni, bħall-imgħax fuq id-dejn u taxxa fuq il-valur miżjud li tista' tiġi rkuprata.

Għal aktar dettalji

Ir-Regolament tal-Kunsill 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni pdf 748 KB] English

Ir-Regolament 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali pdf 169 KB] English

Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1828/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-Politika ta' Koeżjoni pdf 902 KB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a