Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Strateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES)

L-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES) tgħin lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea joħolqu iktar impjiegi ta' natura aħjar. L-għanijiet, il-prijoritajiet u l-miri huma miftiehma fil-livell tal-UE. Imbagħad, il-gvernijiet jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-impjiegi.

Fl-1997, meta t-Trattat ta' Amsterdam ta rwol lill-Istituzzjonijiet Ewropej fil-politika tal-impjiegi madwar l-Unjoni, l-elementi ewlenin tal-istrateġija kienu: il-kisba ta' livell ogħla ta' impjieg; il-promozzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa; l-implimentazzjoni tal-koordinazzjoni Ewropea fis-settur tal-impjiegi filwaqt li jiġi osservat regolarment l-iżvilupp tiegħu. Fi żmien ta' ftit aktar minn għaxar snin ta' evoluzzjoni, dibattiti kontinwi qanqlu l-istrateġija koordinata għall-impjiegi u dan ippermetta li jiġu ddefiniti l-prijoritajiet adattati li jieħdu in kunsiderazzjoni l-isfidi ewlenin li jiffaċċaw il-ħaddiema u l-impriżi.

Il-ħolqien ta' iktar impjiegi ta' natura aħjar hu wieħed mit-tliet prijoritajiet tal-programmi appoġġati mill-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-13, kif inhu definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni.

Għal aktar dettalji

Strateġija Ewropea dwar l-Impjiegi

Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni 2007-13 English Deutsch español français italiano polski

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a