Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Koeżjoni ekonomika u soċjali

Il-koeżjoni ekonomika u soċjali tesprimi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħha, u taħdem favur żvilupp soċjo-ekonomiku bilanċjat madwar l-UE kollha.

Il-koeżjoni ekonomika u soċjali hi implimentanta permezz tal-Politika Reġjonali tal-UE, li ġiet inkorporata fit-Trattat tal-KE bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992. Il-Politika Reġjonali tnaqqas id-differenzi strutturali bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri permezz ta' varjetà ta' operazzjonijiet li huma ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond ta' Koeżjoni.

Kull tliet snin, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta rapport dwar il-progress li jsir lejn il-kisba tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u r-rwol li jkollhom il-politiki tal-UE f'dan. Għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13, il-Politika Reġjonali hi t-tieni l-ikbar titlu fil-baġit, b'allokazzjoni ta' €348 biljun (prezzijiet tal-2006). Matul dan il-perjodu, il-Politika Reġjonali se tkompli tappoġġa lir-reġjuni li ma lestewx il-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'termini reali. Madankollu, il-fondi Strutturali u ta' Koeżjoni huma maħsuba l-iktar biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona li tippromwovi l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Għal aktar dettalji

Koeżjoni ekonomika u soċjali

Ir-rapporti ta' koeżjoni u r-rapporti interim tal-progress mill-1996 'il quddiem English Deutsch español français italiano polski

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a