Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Kooperazzjoni bejn il-fruntieri

It-52 programm ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri jagħmlu parti mill-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13.

Il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri bejn reġjuni kontigwi għandha l-għan li tiżviluppa attivitajiet soċjali u ekonomiċi bejn il-fruntieri permezz ta' strateġiji ta' żvilupp konġunti.

Il-programm hu ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u jibni fuq l-esperjenza tal-inizjattiva preċedenti INTERREG.

Il-kooperazzjoni tieħu l-forma ta' proġetti biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku permezz tal-intraprenditorija u l-iżvilupp tal-SMEs, it-turiżmu, il-kultura u l-kummerċ bejn il-fruntieri. Oqsma prijoritajiet oħra għal proġetti konġunti jinkludu l-ħarsien u l-ġestjoni maqsuma tar-riżorsi naturali u kulturali, ir-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali, it-trasport u l-komunikazzjoni, l-infrastruttura, l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol bejn il-fruntieri, u l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali.

Għal aktar dettalji

Kooperazzjoni bejn il-fruntieri English

Mappa tal-programmi ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri English

Ir-Regolament 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali pdf 169 KB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a