Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni hu entità konsultattiva li tippermetti l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fil-ħidma leġiżlattiva tal-UE.

It-344 membru tiegħu normalment huma politiċi eletti lokali jew reġjonali, mexxejja ta' gvernijiet reġjonali, jew sindki tal-ibliet. Jinħatru għal ħames snin mill-Kunsill abbażi ta' proposta minn kull pajjiż, f'numri li jirriflettu l-popolazzjonijiet nazzjonali. Il-president u l-bureau tal-Kumitat jinħatru mill-membri għal kariga ta' sentejn u nofs.

Biex jibqgħu qrib l-eletturi u l-ibliet, ir-reġjuni jew it-territorji tagħhom, il-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni jgħixu u jaħdmu f'pajjiżhom. Ħames darbiet fis-sena, jivvjaġġaw lejn Brussell biex jipparteċipaw fis-sessjonijiet plenarji tal-Kumitat. Iservu wkoll bħala membri tal-kummissjonijiet tal-Kumitat li jaħdmu f'sitt oqsma ta' politika:

  • il-politika ta' koeżjoni territorjali
  • il-koeżjoni ekonomika u soċjali
  • l-iżvilupp sostenibbli
  • il-kultura, l-edukazzjoni u r-riċerka
  • l-affarijiet kostituzzjonali, il-governanza Ewropea u ż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja
  • ir-relazzjonijiet esterni u l-kooperazzjoni deċentralizzata

Dawn il-kummissjonijiet iressqu abbozzi ta' opinjonijiet bil-punti tagħhom favur u kontra suġġett partikolari. Wara l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat, it-test jiġi trażmess lill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.

Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat meta l-leġiżlazzjoni tiġi abbozzata f'għaxar oqsma li jolqtu l-ħajja reġjonali jew lokali; barra minn hekk, madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkonsultaw ukoll mal-Kumitat kull meta jqisu li jkun hemm bżonn.

Għal aktar dettalji

Is-sit web tal-Kumitat tar-Reġjuni English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a