Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Kontroll u Verifika

It-terminu 'Kontroll u Verifika' jirreferi għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Il-ġestjoni u t-twassil tal-programmi jsiru mill-amministrazzjonijiet fil-livelli nazzjonali u sub-nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jassiguraw lill-Kummissjoni li l-Fondi qed jintefqu b'mod effettiv u skont ir-Regolamenti. Għandhom jipprovdu wkoll kontabilità affidabbli, sistemi ta' sorveljanza u ta' rappurtar finanzjarju u għandhom jidentifikaw l-entitajiet responsabbli u l-proċeduri biex jiżguraw dokumentazzjoni adegwata tal-verifika.

Għandha tiġi magħżula awtorità tal-verifika għal kull Programm Operattiv. Din l-awtorità tipprovdi lill-Kummissjoni bi strateġija tal-verifika u opinjoni ta' verifika annwali u rapport ta' kontroll annwali, u tqis il-kwistjonijiet identifikati matul il-verifiki mwettqa matul it-12-il xahar preċedenti.

Il-Kummissjoni għandha wkoll id-dritt li tagħmel verifiki fuq il-post (b'avviż ta' tal-anqas 10 ijiem) jew tista' titlob lil Stat Membru jivverifika programmi jew proġetti speċifiċi. Hu applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità biex programmi ħafna iżgħar ma jirrikjedux l-istess livell ta' amministrazzjoni daqs il-programmi ikbar.

Għal aktar dettalji

Ir-Regolament tal-Kunsill 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni - ara l-Artikoli 58 sa 62 pdf 748 KB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a