Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni 2007-13

Dawn il-Linji Gwida huma parti importanti mill-Politika ta' Koeżjoni l-ġdida peress li jsaħħu d-dimensjoni strateġika tagħha. Tħejjew mill-Kummissjoni Ewropea u ġew adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (jiġifieri mill-Istati Membri kollha). Il-Linji Gwida jiddefinixxu l-prijoritajiet ta' pprogrammar fil-livell Ewropew għal perjodu ta' seba' snin. Kull Stat Membru mbagħad jippreżenta 'Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali' skont dawn il-Linji Gwida. Il-Linji Gwida jikkontribwixxu għall-kisba ta' riżultati f'oqsma oħra ta' prijorità tal-UE, eż dawk li joħorġu mill-Istrateġija ta' Liżbona u l-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. L-investiment, l-impjiegi, l-għarfien u l-innovazzjoni huma eżempji tal-oqsma koperti.

Għal aktar dettalji

Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni 2007-13 English Deutsch español français italiano polski

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a