Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Rapport ta' koeżjoni

Ir-rapport ta' koeżjoni jsir kull tliet snin mill-Kummissjoni Ewropea biex tirrapporta l-progress lejn il-kisba tal-koeżjoni ekonomika u soċjali madwar l-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (verżjoni konsolidata tal-2008), ir-rapport għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Ministri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Ir-rapport jevalwa s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u l-perspettivi fir-reġjuni kollha tal-UE abbażi tal-indikaturi ekonomiċi, soċjali u territorjali. Janalizza wkoll l-impatt u l-kontribuzzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Istati Membri, kif ukoll dawk tal-UE u ta' istituzzjonijiet oħra bħall-Bank Ewropew tal-Investiment. Ir-rapport jista' jinkludu wkoll proposti ta' politika.

Ir-rapporti interim tal-progress jipprovdu aġġornamenti annwali bejn kull rapport ta' koeżjoni.

Għal aktar dettalji

Rapporti ta' koeżjoni u rapporti interim tal-progress mill-1996 'il quddiem English Deutsch español français italiano italiano

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a