Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Fond ta' Koeżjoni

Mill-1994, il-Fond ta' Koeżjoni intuża biex jipprovdi appoġġ għall-ifqar reġjuni tal-Ewropa u jistabbilizza l-ekonomiji tagħhom bl-għan li jitħeġġu t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Fond jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri ambjentali u ta' netwerks tat-trasport trans-Ewropew, partikolarment il-proġetti bl-ogħla prijorità li għandhom interess Ewropew, fit-12-il Stat Membru li ngħaqdu fl-UE mill-2004, kif ukoll fi Spanja, il-Greċja u l-Portugall. Il-Fond ta' Koeżjoni jista' jintuża wkoll għall-finanzjament tal-prijoritajiet tal-politika tal-ħarsien ambjentali tal-UE.

L-Istati Membri bi Dħul Gross Nazzjonali (DGN) għal kull abitant taħt id-90% tal-medja tal-UE huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. Il-limitu għall-kontribuzzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni għall-infiq pubbliku fl-Istati Membri u ffissat għal 85%. Il-baġit għall-Fond ta' Koeżjoni jiswa kważi €70 biljun għall-perjodu 2007-13.

Għal aktar dettalji

Fond ta' Koeżjoni

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a