Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Baġit

L-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal baġit komuni tal-UE biex jinkisbu għanijiet komuni.

L-Istati Membri jikkontribwixxu direttament fuq il-bażi tad-dħul gross nazzjonali (DGN) tagħhom. Id-dazji doganali u l-irċevuti tal-VAT jipprovdu dħul addizzjonali. Il-limitu tal-baġit bħalissa hu ffissat għal 1.24% tad-DGN tal-UE.

Fil-proċedura tal-baġit, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi abbozz tal-baġit li jirrifletti l-għanijiet politiċi tal-UE bħat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, ir-riċerka, it-tibdil fil-klima u l-enerġija. Imbagħad, l-Istati Membri jidħlu f'negozjati mal-Parlament Ewropew biex jemendaw l-abbozz u jadottaw il-baġit. Il-Kummissjoni hi responsabbli wkoll li tiżgura li l-baġit tal-UE jintefaq skont ir-Regolament Finanzjarju tal-UE.

Il-qafas tal-baġit kurrenti jkopri l-perjodu 2007-13; il-pjanijiet annwali tal-baġit jipprovdu dettalji speċifiċi rigward l-infiq. Matul dan il-perjodu, għall-ewwel darba, il-programmi kollha ta' finanzjament huma suġġetti għall-istess tul ta' żmien, inklużi l-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni li jirċievu bejn wieħed u ieħor 35.7% tal-baġit ġenerali (ekwivalenti għal madwar €347.41 billjun fuq seba' snin bil-prezzijiet tal-2008).

Għal aktar dettalji

Qafas Finanzjarju għal Unjoni mkabbra (2007-13) English Deutsch français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a