Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Awtorità tal-verifika

L-awtorità tal-verifika hi awtorità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali jew entità magħżula għal kull Programm Operattiv u responsabbli għall-verifika tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll; hi tissorvelja wkoll il-konformità tal-proġett mar-regolamenti nazzjonali u Ewropej.

L-Istat Membru jagħżel awtorità tal-verifika għal kull Programm Operattiv (flimkien ma' awtorità tal-ġestjoni u awtorità ta' ċertifikazzjoni).

L-awtorità tal-verifika tivverifika jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll jaħdmux b'mod effiċjenti (verifiki tas-sistema). Hi responsabbli wkoll biex twettaq il-kontrolli speċjalment fuq l-infiq iddikjarat (verifiki operattivi). Parti importanti ta' dawn il-kontrolli mill-awtorità tal-verifika hi li tiġi żgurata s-separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet bejn l-awtoritajiet ewlenin (awtoritajiet ta' ġestjoni/ċertifikazzjoni, entitajiet intermedji).

Għal aktar dettalji

Awtorità tal-verifika

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a