Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Negozjati ta' adeżjoni

Qabel ma' Stat Membru jkun jista' jidħol fl-Unjoni Ewropea jridu jiġu konklużi n-negozjati ta' adeżjoni.

Il-Qafas ta' Negozjar jipprovdi linji gwida għan-negozjati, li jsiru permezz ta' Konferenza Intergovernattiva bilaterali (UE/pajjiż kandidat).

Fl-ewwel fażi jsir eżami analitiku rigoruż tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż kandidat; in-negozjati mbagħad ikomplu metodikament fil-firxa kollha tal-leġiżlazzjoni tal-UE, li l-pajjiż kandidat għandu jadotta, jimplimenta u jdaħħal fis-seħħ. In-negozjati jestendu wkoll għal drittijiet u obbligi oħra li l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jaċċettaw - dan huwa magħruf bħala l-acquis Komunitarju English .

Ir-riformi politiċi u ekonomiċi mwettqa mill-pajjiż kandidat huma sorveljati u evalwati regolarment, u r-ritmu tan-negozjati jiddependi mir-riżultati. Meta l-partijiet kollha jkunu ssodisfati, jiġi konkluż il-proċess bl-iffirmar u r-ratifika ta' Trattat ta' Adeżjoni.

Fit-3 ta' Ottubru 2005 l-Unjoni Ewropea fetħet negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja u t-Turkija.

Għal aktar dettalji

Ħarsa ġenerali tal-pajjiżi kandidati u dokumentazzjoni relevanti dwar l-adeżjoni

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a