Ġestjoni Finanzjarja
Għalkemm il-Fondi Strutturali jagħmlu parti mill-baġit tal-UE, il-mod kif jintefqu hu bbażat fuq sistema ta' responsabilità maqsuma bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali:
- il-Kummissjoni tinnegozja u tapprova l-programmi ta' żvilupp proposti mill-pajjiżi tal-UE, u talloka r-riżorsi.
- il-pajjiżi / ir-reġjuni tal-UE manage the programmes, jmexxu l-programmi, jimplimentawhom billi jagħżlu l-proġetti, jikkontrollawhom u jevalwawhom
- il-Kummissjoni hi involuta fis-sorveljar tal-programm, timpenja u tħallas l-infiq approvat u tivverifika s-sistemi ta' kontroll.
Għal kull programm operattiv, l-awtorità nazzjonali taħtar:
- awtorità ta' ġestjoni (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali, pubblika/privata biex tmexxi l-programm operattiv)
- entità ta' ċertifikazzjoni (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali biex tiċċertifika d-dikjarazzjoni tal-infiq u l-applikazzjoni tal-pagament qabel ma jiġu trasmessi lill-Kummissjoni)
- entità ta' verifika (awtorità jew entità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali għal kull programm operattiv biex tissorvelja t-tħaddim effiċjenti tas-sistema ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ).
Regoli ġodda simplifikati
Programm wieħed = fond wieħed
Dan jippermetti l-FEŻR u l-FSE biex kull wieħed minnhom jiffinanzja azzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' fond ieħor (limitat għal ≤10% tar-riżorsi tal-UE allokati għal kull qasam ta' prijorità ta' programm operattiv).
Hemm eċċezzjoni li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni flimkien jiffinanzjaw programmi ta' infrastruttura u ambjentali.
Impenji
L-impenji tal-baġit għall-programmi operattivi jsiru skont il-proporzjon annwali, skont il-fond u skont l-objettiv. Il-Kummissjoni timpenja l-ewwel proporzjon annwali qabel ma tadotta l-programm operattiv. Wara, timpenja l-proporzjonijiet sat-30 ta' April ta' kull sena.
Diżimpenn awtomatiku
Porzjon tal-impenn tal-baġit jiġi diżimpenjat awtomatikament mill-Kummissjoni jekk ma jintużax jew jekk ma tasal l-ebda applikazzjoni għal pagament sal-aħħar tat-tieni sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit.
Kundizzjonijiet għall-finanzjament
Strateġija ta' Liżbona |
Issa l-fondi għandhom jimmiraw il-prijoritajiet tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi(strateġija ta' Liżbona). Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE jiżguraw li 60% tal-infiq kollu tal-pajjiżi fuq il-Konverġenza u 75% tal-infiq fuq il-Kompetittività u l-Impjiegi jimmiraw dawn il-prijoritajiet. Kategoriji ta' nfiq |
Limiti ta' kofinanzjament |
Kofinanzjament massimu għal kull objettiv:
|
Nfiq eliġibbli |
L-infiq eliġibbli isir bejn 1.1.2007 - 31.12.2015. It-tranżazzjonijiet kofinanzjati m'għandhomx jingħalqu qabel id-data tal-eliġibilità. Ir-regoli huma stabbiliti fil-livell nazzjonali ħlief fejn ir-regoli speċifiċi dwar il-fond jistipulaw mod ieħor (differenti mill-perjodu 2000-06 meta r-regoli kienu stabbiliti fil-livell tal-UE). |
"Regoli u kundizzjonijiet applikabbli għal azzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni - Ħarsa ġenerali lejn ir-regoli ta' eliġibilità fil-perjodu ta' programmar 2007-2013" ![]()
[165kB]
- Frar 2009


