Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

9. Kif isiru l-kontrolli fuq il-proġetti, kif ikun miġġieled il-frodi?

L-Istati Membri u r-reġjuni jridu jissodisfaw diversi esiġenzi bażiċi qabel ma jintbagħtilhom l-ewwel euro tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta' Koeżjoni li jkunu ġew miftehma għal proġett. Tliet awtoritajiet iridu jkunu definiti għal kull programm reġjonali jew nazzjonali:

  1. L-awtorità amministrattiva tivverifika r-rispett tal-kundizzjonijiet tal-għoti ta' sussidji u twettaq kontrolli regolari biex tiddetermina l-istat tal-avvanzi u l-eżattezza ta' nefqiet proġettati.
  2. Lawtorità ta' ċertifikar tissottometti l-istati ta' nefqiet perjodikament u t-talbiet ta' ħlasijiet lill-Kummissjoni. Hija tivverifika li t-talbiet ta' rimborż ikunu eżatti, li huma jirriżultaw minn sistemi kompatibbli affidabbli konformi mar-regoli nazzjonali u Ewropej li jkunu fis-seħħ.
  3. L-awtorità tal-verifika twettaq verifiki ta' sistemi u tittestja l-proġetti. Hija tinforma lill-awtorità amministrattiva u lill-awtorità ta' ċertifikar bil-lakuni li jkunu ġew innutati u bl-irregolaritajiet skoperti fin-nefqiet.

Is-servizzi ta' verifika tal-Kummissjoni Ewropea jeżerċitaw funzjoni ta' superviżjoni, huma jistgħu jwettqu verifiki f'kull ħin. Meta jkunu nnotati dgħufijiet importanti, il-Kummissjoni u l-Istati membri jfasslu pjanijiet ta’ azzjoni biex jirrimedjaw l-affarijiet. Jekk il-miżuri korrettivi ma jsirux minnufih mill-Istat konċernat, il-Kummissjoni Ewropea tista' tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti. Il-Kummissjoni żżomm ugwalment kont tal-verifiki tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-inkjesti ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF).

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a