Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

8. X'sar minnhom il-fondi l-antiki jew il-programmi FEOGA, IFOP, URBAN, INTERREG, ISPA; xorta jibqgħu jeżistu fl-2007-2013?

  1. Interreg III ittieħed taħt il-mira ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea en.
  2. Il-missjonijiet ta' inizjattivi Komunitarji antiki URBAN (żvilupp urban) u EQUAL (inizjattiva għax-xogħol) huma minn issa 'l quddiem integrati mal-miri ta' 'konverġenza' u ta' 'kompettività reġjonali u xogħol'.
  3. Il-programm Leader + u l-Fond Ewropew ta' Gwida u ta' Garanzija Agrikola (FEGGA) itteħdilhom posthom mill-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali en (FEAŻR), l-istrument finanzjarju ta' gwida tas-sajd (SFGS) sar il-Fond Ewropew għas-Sajd en (FES). Iżda fl-2007-2013, il-FEAŻR u l-FES minn issa 'l quddiem għandhom il-bażijiet legali tagħhom u ma jagħmlux parti aktar mill-Politika ta' Koeżjoni.
  4. L-istrument ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni ħa post strumenti differenti li kienu japplikaw għat-Turkija u l-Balkani: PHARE, ISPA, Sapard, CARDS u l-istrument finanzjarju għat-Turkija. Fl-2007-2013, l-Istrument ta' Għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni jħejji lill-pajjiżi kandidati jew kandidati prospettivi għall-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem fil-Politika ta' Koeżjoni permezz tat-taqsima 'politika reġjonali' u t-taqsima 'kooperazzjoni transkonfinali'.
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a