Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

7. F'liema miżura l-Politika ta' Koeżjoni tikkontribwixxi għat-twettiq ta' miri msejħa 'ta' Liżbona'?

Fis-sena 2000 l-Istati Membri ddefinixxew il-prijoritajiet fil-livell Ewropew fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Liżbona en bil-għan li jagħmlu lill-Unjoni Ewropea l-ekonomija l-aktar kompetittiva fid-dinja u li jkun hawn xogħol għal kulħadd sal-2010.

Fost dawn il-prijoritajiet, wieħed jista' jsemmi: ir-riċerka u l-iżvilupp, l-għajnuna lill-intrapriżi, it-teknoloġiji ġodda, l-effiċjenza fl-enerġija…Il-programmi l-ġodda tal-Politika ta' Koeżjoni, analizzati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'Ir-reġjuni jikkontretizzaw l-Istrateġija ta' Liżbona permezz tal-politika ta' innovazzjoni u ta' koeżjoni 2007-2013' huma inkuraġġiti: ir-reġjuni li jinsabu lura fl-iżvilupp (mira ta' konverġenza) jipprevedu li jinvestu 65 % tal-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom fi prijoritajiet marbuta mal-miri ta' Liżbona, filwaqt li għar-reġjuni l-oħra (miri ta' kompetittività reġjonali u tax-xogħol), il-proporzjon jitla' għal 82 %, ladarba l-miri ffissati għal-livell tal-Unjoni jkunu nqabżu fiż-żewġ każi.
L-innovazzjoni hija tema kbira, li hija prominenti fil-programmi rilevanti tal-Politika ta' Koeżjoni.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a