Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

4. Kif jista' jsir aċċess għall-Fondi Strutturali?

Il-Fondi Strutturali huma disponibbli f'kull wieħed mir-reġjuni tal-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea ma tindaħalx fl-għażla ta' proġetti, ħlief f'dak li jirrigwardja l-għadd limitat ta' proġetti ta' natura kbira (proġetti kbar).
B'sistema ta' tmexxija diċentralizzata, awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kienu nominati biex imexxu kull wieħed mill-455 programm li jħaddmu l-Politika ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, dawn jissejħu 'awtoritajiet amministrattivi'.

Dawn jiddefinixxu l-kriterji ta' għażla, jorganizzaw il-kumitati ta' għażla u jagħżlu l-proġetti li se jirċievu għajnuna Ewropea wara sejħiet għal proġetti miftuħa għal kulħadd.
Ikkonsulta l-lista ta' awtoritajiet amministrattivi u l-programmi fir-reġjun tiegħek en u fil-pajjiż tiegħek. Ikkonsulta t-tipi l-oħra ta' finanzjamenti Komunitarji disponibbli.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a