Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

3. Kif inhuma mqassma l-fondi bejn l-Istati, imbagħad bejn ir-reġjuni?

L-ammonti allokati għall-politika reġjonali għall-2007-2013 kienu ddeterminati fil-mument fejn l-Istati Membri ddefinixxew il-perspettivi finanzjarji, jiġifieri l-baġit Ewropew iffissat għal seba' snin (matul il-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2005). B'kollox, EUR 347 biljun kienu allokati lis-27 Stat Membru biex titħaddem il-Politika ta' Koeżjoni mill-2007 sal-2013. It-tqassim tal-allokazzjonijiet bejn l-Istati kien innegozjat fi ħdan il-Kunsill, bil-prijorità mogħtija lill-pajjiżi li jinsabu lura fl-iżvilupp.

Kull Stat iqassam din l-allokazzjoni waqt li jelabora 'programmi operattivi' li jistgħu jkopru t-territorju tagħhom f'daqqa (dan jikkonsisti fi programmi tematiċi bħall-ambjent, it-trasport…) jew li jkunu jikkonċernaw reġjun partikulari (programmi reġjonali). L-Istati qasmu wkoll l-allokazzjonijiet bejn ir-reġjuni, skont tqassim indikattiv mogħti mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dettalji tal-istatistika.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a