Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

2. X'jiddefinixxi reġjun fil-livell Ewropew?

Il-pajjiżi tal-Unjoni għażlu li jaqsmu amministrattivament it-territorju tagħhom b'mod differenti ħafna. Fil-livell Ewropew, biex tkun faċilitata it-tmexxija tal-programmi u t-tqabbil tal-istatistika, saret definizzjoni ta' reġjuni msejħa NUTS (nomenklatura ta' unitajiet territorjali tal-istatistika). Kull pajjiż huwa maqsum f'unitajiet tal-istatistika, bl-Unjoni Ewropea attwalment għandha 271 minnhom fil-livell II definiti mill- Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej en.

Fil-qafas tal-kooperazzjoni transkonfinali, kultant jissemmew ukoll "ewroreġjuni". Huma kienu intordotti fl-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija bl-inizjattiva ta' atturi politiċi lokali li xtaqu jippromwovu l-interessi komuni li kienu jeżistu bejn iż-żewġ naħat tal-fruntieri. Dawn huma assoċjazzjonijiet li ma jkollhomx status legali preċiż.
Huma jeżistu indipendentement mill-Unjoni Ewropea imma jieħdu sehem ta' spiss fi proġetti ta' kooperazzjoni territorjali. L-Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Transkonfinali Ewrope en tirrappreżenta l-ewroreġjuni.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a