Navigation path

Additional tools

10 mistoqsijiet dwar il-Politika ta' Koeżjoni

Tweġiba

1. Xi tkun il-politika ta' Koeżjoni?

L-espressjoni 'politika ta' Koeżjoni' tkopri qafas politiku ta' solidarjetà fil-livell Ewropew li jissarraf f'mijiet ta' eluf ta' proġetti kullimkien fl-Ewropa li jibbenefikaw mill-għajnuna ta' żewġ Fondi Strutturali: il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-għajnuna tal-Fond ta' Koeżjoni.
Il-koeżjoni ekonomika u soċjali bħal dik deskritta mill-Istati Membri fl-Att Uniku tal-1986 [] taħseb biex "tnaqqas id-distakk bejn id-diversi reġjuni u n-nuqqas ta' żvilupp tar-reġjuni l-inqas favoriti".

L-abbozz il-ġdid tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jattribwilha t-tielet dimensjoni u jitkellem dwar: "politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali".
Dan ifisser li l-politika ta' Koeżjoni għandha wkoll taħdem favur żvilupp territorjali iktar bilanċjat u li jdum iktar. Il-politika reġjonali Ewropea hija viżibbli fl-azzjoni aktar speċifika tal-FEŻR, imħaddma fil-livell tar-reġjuni.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a