Navigation path

Additional tools

Il-koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi

Il-Koperazzjomi Territorjali Ewropea

Il-Koperazzjoni Territorjali Ewropea hija l-fulkru biex tinbena żona Ewropea komuni, il-bażi tal-integrazzjoni Ewropea. Għandha valur miżjud Ewropew ċar: tgħin biex tiżgura li l-fruntieri ma jkunux ostakolu, biex b'hekk tqarreb l-Ewropej lejn xulxin u tgħinhom isolvu problemi komuni, tiffaċilita l-iskambju tal-ideat u l-assi u tħeġġeġ
il-ħidma strateġika lejn għanijiet komuni.

Strateġiji makro-reġjonali

'Studju makroreġjonali' huwa qafas integrat approvat mill-Kunsill Ewropew, li jista' jkun appoġġat mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fost oħrajn, sabiex jindirizza sfidi komuni li taffaċċja żona ġeografika definita relatati ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika, li b'hekk tibbenefika minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

L-UE nediet żewġ strateġiji li jkopru bosta politiki, li huma mmirati lejn 'makroreġjun'

Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew tad-13 u l-14 ta' Diċembru 2012 stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Adrijatiku u tal-Jonju sa tmiem l-2014 soġġett għall-evalwazzjoni tal-kunċett.

Il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013 stieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi membri, biex telabora Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi. Id-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni tal-proposta hija nofs l-2015.

Koperazzjoni internazzjonali

L-Unjoni Ewropea taqsam l-esperjenza tagħha ma' pajjiżi mhux fl-UE dwar il-proċess tal-iżvilupp reġjonali.

Forom oħra ta' koperazzjoni u netwerking

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a