L-innovazzjoni: Riċerka, Intraprenditorija, ICT u Kapital Uman

It-tkabbir ekonomiku sostenibbli qed isir dejjem aktar relatat mal-kapaċità tal-ekonomiji reġjonali li jinbiddlu u jiġu rinnovati. Dan ifisser li jrid isir sforz ferm akbar fil-ħolqien ta’ ambjent li jħeġġeġ l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp (R&D). Il-promozzjoni tal-innovazzjoni hija għalhekk aspett ċentrali tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ta’ Liżbona u prijorità ewlenija għall-programmi ġodda tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-2007-2013.

L-istatistika EN tikkonferma li jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE fl-oqsma tal-innovazzjoni u l-R&D u hemm distakk persistenti meta mqabbla mal-kompetituri ewlenin tagħha fuq livell globali. L-Ewropa teħtieġ li ssir aktar inventiva, li tirreaġixxi aktar malajr għat-tibdil fil-kondizzjonijiet tas-swieq u għall-preferenzi tal-konsumatur u li ssir soċjetà u ekonomija li tħobb l-innovazzjoni. Madankollu, dan jista’ jseħħ biss b’metodu strateġiku li jinvolvi sħubija bejn in-negozi, ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-atturi pubbliċi relevanti. Il-bosta muturi ewlenin tar-riċerka u l-innovazzjoni l-aħjar li jiġu indirizzati fuq livell reġjonali. It-tnaqqis tad-differenzi fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej huwa għalhekk għan prinċipali tal-Politika ta' Koeżjoni. F’dan il-kuntest, tinvesti f’erba’ elementi ewlenin: ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni; l-intraprenditorjat; l-assorbiment tal-ICT; u, l-iżvilupp tal-kapital uman. Barra minn hekk, permezz tal-inizjattiva Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika ENFR tkattar in-netwerking u t-tagħlim reċiproku mill-esperjenzi ta' reġjuni oħra billi ttejjeb il-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom, il-konnessjonijiet ICT u kapital uman jew billi tagħti spinta ta' innovazzjoni lill-industriji tagħhom.

Bejn l-2007 u l-2013, Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE għandha tipprovdi madwar €86.4 biljun (kważi 25% tat-total) għall-R&D u l-innovazzjoni, inklużi l-popolarizzazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi u l-esperimentazzjoni . Minn dan it-total,

  • €50.5 biljun se jmorru fl-R&D u l-innovazzjoni fis-sens strett, inklużi €10.2 biljun għall-infrastruttura RTD u ċentri ta’ kompetenza, €9 biljun għall-investiment f’kumpaniji direttament konnessi mar-riċerka, €5.8 għal attivitajiet ta’ R&TD f’ċentri ta’ riċerka, €5,7 biljun għal għajnuna fl-R&TD, partikolarment fl-SMEs, €5.6 biljun għat-trasferiment tat-teknoloġija u t-titjib ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni, €4.9 biljun għall-iżvilupp tal-potenzjal uman fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u €2.6 biljun għal għajnuna lill-SMEs għall-promozzjoni ta’ prodotti tajbin għall-ambjent u għall-proċessi ta’ produzzjoni;
  • €8.3 biljun għall-intraprenditorija, inklużi €5.2 biljun għas-servizzi avvanzati tal-appoġġ għall-kumpaniji u €3.2 biljun għall-appoġġ ta’ min irid jibda negozju jew jaħdem għal rasu;
  • €13.2 biljun għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni innovattivi biex ikattru l-aspett tad-domanda tal-ICT, b’mod partikolari €5.2 biljun għal servizzi u applikazzjonijiet għaċ-ċittadini (e-health, e-government, e-learning, e-inclusion, eċċ.) u €2.1 biljun għal servizzi u applikazzjonijiet għall-SMEs (e-commerce, edukazzjoni u taħriġ, netwerking, eċċ.), u;
  • €14.5 biljun għall-kapital uman, inklużi €9.7 biljun għall-iżvilupp ta’ sistemi u strateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja fil-kumpaniji; taħriġ u servizzi għall-impjegati biex isiru aktar kapaċi jadattaw għat-tibdil, li jippromwovi l-intraprenditorija u t-tibdil, €2.8 biljun għall-iżvilupp ta’ servizzi speċjali għall-impjieg, it-taħriġ u l-appoġġ fir-rigward tar-ristrutturazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi li jantiċipaw ħtiġijiet futuri ta’ kapaċitajiet u €1.9 biljun għat-tfassil u d-disseminazjoni ta’ metodi innovattivi u aktar produttivi ta’ organizzazzjoni tax-xogħol.

Dawn l-investimenti jirrappreżentaw aktar mit-tripplu tar-riżorsi finanzjarji assoluti ddedikati għall-innovazzjoni u l-R&D meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel (2000-2006). Apparti minn hekk, dan l-ammont jaqbeż sew il-baġit tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka DEENFR (€50.5 biljun) u l-Programm Ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni DEENFR (€3.6 biljun). Il-Kummissjoni tħeġġeġ l-Istati Membri u r-reġjuni, kif ukoll l-intrapriżi, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka jottimizzaw is-sinerġiji tal-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni ma’ dawn il-programmi tal-UE li jitmexxew miċ-ċentru, b'mod partikolari għajnuna dwar opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni DEENFR.

Pubblikazzjonijiet

The regional impact of technological change in 2020

The regional impact of technological change in 2020

This study highlights the great diversity in development pathways and trajectories of innovation across European regions. A regional knowledge-based economy has multidimensional aspects. It includes a variety of knowledge activities and multiple interactions among a range of actors including universities, research institutes, enterprises, knowledge workers and institutions. The spatial patterns and trends for the different aspects of the knowledge-based economy vary significantly across Europe. Most aspects show convergence and generate catching-up processes, while some show divergence between European regions.

Synthesis Report pdf en


All Publications more

Links Siewja:

L-aħħar aġġornament: