Il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)

L-ERDF jaħseb biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jirranġa l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni. Fil-qosor, l-ERDF jiffinanzja:

L-ERDF jista’ jintervjeni skond it-tliet għanijiet ġodda tal-politika reġjonali:

Il-Konverġenza

Fir-reġjuni ta’ l-għan tal-“konverġenza”, l-ERDF jibbaża l-intervent tiegħu fuq l-immodernizzar u d-diversifikazzjoni ta’ strutturi ekonomiċi, kif ukoll fuq il-ħarsien jew il-ħolqien ta’ impjiegi dejjiema. L-azzjonijiet imwettqa skond l-ERDF huma f’dawn l-oqsma:

  • riċerka u żvilupp teknoloġiku (RTD);
  • innovazzjoni u intraprenditorija;
  • soċjetà informatika;
  • ambjent;
  • prevenzjoni tar-riskji;
  • turiżmu;
  • kultura;
  • trasport;
  • enerġija;
  • edukazzjoni;
  • saħħa.

Il-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi

Il-prijoritajiet jirrigwardaw l-għan tal-“kompetittività reġjonali u l-impjiegi” u huma msawrin fuq tliet aspetti :

  • innovazzjoni u ekonomija ta’ l-għarfien: it-tisħiħ tal-kapaċitajiet reġjonali ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, l-istimolu ta’ l-innovazzjoni u l-intraprenditorija u t-tisħiħ ta’ l-inġinerija finanzjarja, l-aktar għall-intrapriżi marbuta ma’ l-ekonomija ta’ l-għarfien;
  • l-ambjent u l-prevenzjoni mir-riskji: ir-rijabilitazzjoni ta’ l-artijiet kontaminati, stimolu ta’ l-effettività enerġetika, il-promozzjoni tat-trasport pubbliku urban u l-elaborazzjoni tal-pjani biex issir prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji naturali u teknoloġiċi;
  • aċċess għas-servizzi tat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Il-Kooperazzjoni territorjali Ewropea

Dwar l-għan tal-“kooperazzjoni territorjali Ewropea”en, l-ERDF tibbaża l-għajnuna tagħha fuq tliet punti:

  • l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi u soċjali bejn il-fruntieri;
  • it-twaqqif u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni transnazzjonali, inkluża l-kooperazzjoni bilaterali bejn ir-reġjuni marittimi;
  • it-tisħiħ ta’ l-effettività tal-politika reġjonali għall-promozzjoni u l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali.

Karatteristiċi territorjali

L-ERDF tiddedika wkoll attenzjoni partikolari lill-karatteristiċi territorjali. L-azzjoni tal-ERDF tipprova ttaffi l-problemi ekonomiċi, ambjentali u soċjali fl-ibliet. Iż-żoni żvantaġġjati ġeografiċi naturali (reġjuni insulari, muntanjużi jew ftit abitati) jibbenefikaw minn trattament privileġġjat. Iż-żoni ultra-periferiċi jibbenefikaw ukoll minn għajnuna speċifika ta’ l-ERDF biex tikkumpensa għall-fatt li jinsabu remoti.

Għal aktar tagħrif

Gare do Oriente, Lisboa (Portugal)
Gare do Oriente, Lisboa (Portugal)