Konsultazzjoni

Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali – It-tibdil tad-diversità territorjali f’saħħa

Il-mira tad-dibattitu dwar il-Koeżjoni Territorjali kienet li naslu għal fehim aħjar u kondiviż tal-koeżjoni territorjali u tal-implikazzjonijiet tagħha għat-tfassil tal-politika.

Bejn il-bidu ta’ Ottubru 2008 u l-aħħar ta’ Frar 2009, saret tfittxija għal kontibuzzjonijiet minn partijiet interessati f’dipartimenti tal-gvern nazzjonali, awtoritajiet lokali u reġjonali, istituzzjonijiet tal-UE, imsieħba ekonomiċi u soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, akkademiċi u ċittadini.

L-ewwel riżultati tal-konsultazzjoni

Ir-rata ta’ rispons, anki f’termini ta’ volum ta’ kontribuzzjonijiet li rċevejna biss, kienet waħda inkoraġġanti ħafna. Barra minn hekk, l-ambitu tal-kwalità, tad-dettall u komprensiv tagħhom sejjer iservi mhux biss sabiex jipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’perspettiva imprezzabbli dwar ir-rekwiżiti futuri ta’ dan il-qasam politiku iżda ta wkoll impetu konsiderevoli sabiex ikun żgurat li s-suġġett ta’ koeżjoni territorjali jkun segwit bil-livell ta’ importanza li aħna lkoll, bħala partijiet interessati, neħtieġu.

Messaġġi mid-dibattitu

L-ewwel nett, il-mistoqsija prinċipali ta’ x’inhi koeżjoni territorjali, kif niddefinixxuha? Ħaġa ta’ interess hija li s’issa għad m’għandniex konklużjoni operattiva fuq din il-kwistjoni ewlenija. Bosta kontributuri argumentaw għal definizzjoni ċara filwaqt li oħrajn wieġbu li dan imur kontra l-istess diversità tal-kuntest Ewropew, fid-dimensjonijiet kollha tagħha. Għall-inqas ħareġ fehim komuni dwar il-prinċipji bażiċi u l-elementi ewlenin. Il-koeżjoni territorjali hija dwar:

  • L-iżgurar ta’ żvilupp armonjuż ta’ territorji differenti;
  • Il-possibbiltà għaċ-ċittadini li jagħmlu l-aħjar użu mill-karatteristiċi inerenti ta’ dawn it-territorji;
  • Il-bdil tad-diversità f’beni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea;
  • Il-kumplimentar u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Il-koeżjoni territorjali mhix dwar il-bdil tal-pedamenti tal-Politika ta’ Koeżjoni li tibqa’ politika ta’ żvilupp bl-enfasi tagħha jkun fuq l-implimentazzjoni u mhux fuq il-kumpens, filwaqt li tosserva mill-qrib it-tħassib dwar is-sussidjarjetà.

Permezz tal-objettiv tagħha li tippromwovi żvilupp armonjuż jew ibbilanċjat, il-koeżjoni territorjali għandha dimensjoni ta’ solidarjetà, billi targumenta għat-tnaqqis ta’ diskrepanzi territorjali u taħdem għal aċċess ġust għall-opportunitajiet. F’dan is-sens l-objettiv ekonomiku li tinkiseb funzjoni xierqa tas-suq ewlieni jorbot mar-raġuni attwali ta’ żvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni.

Il-koeżjoni territorjali żgur li ma tfissirx kumpens awtomatiku bbażat fuq sitwazzjonijiet ġeografiċi partikolari. Min-naħa l-oħra tista’ timplika li l-politiki pubbliċi jistgħu juru rispons aħjar għall-ħtiġijiet u l-potenzjali differenti ta’ kull tip ta’ territorju madwar l-Ewropa.
Jiġifieri dan ifisser li d-dimensjoni territorjali jeħtieġ li tkun imsaħħa fil-livelli kollha u fil-fażijiet kollha fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-politika. F’dan il-qasam tad-dibattitu kien hemm kunsens dwar is-sitt fergħat li ġejjin:

  • Politiki pubbliċi kkoordinati f’livelli differenti
  • Rendikont aqwa tal-impatti territorjali
  • Governanza imtejba fuq bosta livelli
  • Il-ħtieġa għal approċċi funzjonali - reġjuni iva, iżda fejn ikun xieraq, nikkunsidraw ukoll ġeografiji oħrajn; pereżempju baċini ta’ xmajjar, żoni ta’ muntanji, netwerks ta’ bliet, żoni metropolitani, distretti neqsin mill-kumditajiet essenzjali. Kwistjoni ta’ flessibbiltà.
  • Kooperazzjoni territorjali bħala beni ċari tal-UE
  • Bażi ta’ evidenza msaħħa – hemm bżonn ta’ għarfien territorjali aħjar

Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni

Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali - Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi

pdf bg cs da de el en es et fr hu it lt lv mt nl pl pt ro sk sl fi sv

Annessi pdf en

NUTS 3 Regions Classification 2009 xls en

Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati

Tnedija tad-dibattitu mill-Kummissarju Danuta Hübner

Numru ta’ kontribuzzjonijiet li waslu għal din il-konsultazzjoni: 388

Ara l-kontribuzzjonijiet en

Dettalji biex tikkuntattjana

DG Regional Policy, Unit C2 Urban development and territorial cohesion

REGIO-GreenPaper-Territorial@ec.europa.eu

European Commission

DG Regional Policy

Unit C2 - CSM1 4/161

200 Rue de la Loi

B-1040 Brussels

Il-protezzjoni tad-dejta personali

L-aħħar aġġornament: