Konsultazzjoni pubblika

Konsultazzjoni dwar il-Konklużjonijiet tal-Ħames Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Konklużjonijiet tal-5 Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali issa tinsab magħluqa. Waslu aktar minn 400 kontribuzzjoni. Il-kontributuri esprimew l-opinjonijiet tagħhom kemm dwar il-mod kif jista' jiżdied il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll dwar il-mod kif tista' tissaħħaħ il-governanza u biex it-twassil tal-politika ta' koeżjoni jsir aktar effiċjenti.  Ir-respondenti taw ukoll l-opinjonijiet tagħhom dwar l-arkitettura ġejjiena tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu li jmiss ta' programmazzjoni.

Id-dokumenti li jippreżentaw ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma disponibbli:

Il-kontribuzzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika huma disponibbli:


Qasam/Oqsma Politiċi

Koeżjoni Soċjali, Ekonomika u Territorjali

Grupp(i) fil-mira

Stati Membri, reġjuni, bliet, istituzzjonijiet tal-UE, imsieħba soċjali u ekonomiċi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, akkademiċi u l-pubbliku.

Perjodu ta’ konsultazzjoni

Mit-12.11.2010 sal-31.01.2011

L-għan tal-konsultazzjoni
  
Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tiġbor ideat u kontribuzzjonijiet dwar kif il-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għandha tadatta għall-isfidi l-ġodda u kif tista' titwassal b'mod aħjar sabiex tkabbar l-impatt tagħha fil-ġejjieni. Għalhekk għandha l-intenzjoni li tgħin biex jitfasslu s-sett ta' proposti għall-politika futura li għandha tkun komunikata mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika se jkunu parti mill-Valutazzjoni tal-Impatt għall-pakkett leġiżlattiv ta' wara l-2013.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni

Il-Ħames Rapport dwar il-Koezjoni Ekonomika u Socjali

Kwestjonarju

Dettalji biex tikkuntattjana

Servizz responsabbli:

Id-Direttorat Ġenerali dwar il-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ REGIO), Unità C1: Pjan, studji prospettivi u valutazzjoni tal-impatt

Posta elettronika: EC-CONSULTATION-COHESION@ec.europa.eu

Indirizz postali:
European Commission, Directorate-General Regional Policy (DG REGIO), Unit C1 : Conception, forward studies, impact assessment
B - 1049 Brussels, Belgium

 

 

Il-protezzjoni tad-data personali

Stqarrija speċifika dwar il-privatezza English