Navigation path

Additional tools

Trasport

L-infrastruttura tat-trasport hija waħda mill-eżempji l-aktar viżibbli ta’ dak li jista’ jinkiseb bl-għajnuna tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE.

It-titjib tal-aċċessibilità huwa ta' importanza kbira għat-tisħiħ tal-ekonomiji reġjonali u l-kisba tal-koeżjoni u l-kompetittività. Il-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea tippromwovi l-mobilità sostenibbli għall-persuni u l-prodotti, tiżgura l-effiċjenza, is-sigurtà u t-tnaqqis tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Hemm għadd ta’ azzjonijiet li jkopru n-netwerks tat-trasport transewropej (TEN-T), it-trasport bl-ajru, t-triq, il-ferrovija, il-baħar u dak urban kif ukoll ix-xmajjar, it-trasport multimodali, is-sistemi tat-trasport intelliġenti, ir-regoli tas-sigurtà u l-għajnuna mill-istat.

Madwar €82 biljun (23.8% tal-allokazzjoni totali) se jintefqu fuq it-trasport, bi prijorità għall-proġetti TEN-T. Dan ifisser żieda ta' 65% meta mqabbla mal-programm ta’ qabel (2000-2006). L-investimenti għandhom ikopru l-istrateġiji tat-trasport fuq il-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali li joħolqu bilanċ bejn it-toroq, il-ferroviji u l-mezzi ta’ trasport sostenibbli. F’żoni urbani, se jiġu promossi mezzi ta' trasport nodfa.

L-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fit-trasport bejn l-2007 u l-2013 se jikkonċentraw fuq ir-reġjuni ta’ Konverġenza. Huma maqsuma hekk:

  • proġetti TEN-T fil-mezzi kollha tat-trasport jirċievu €38 biljun (11% tal-investimenti totali tal-politika ta' koeżjoni). Madwar nofshom se jkunu allokati għall-infrastruttura tat-toroq u l-bqija għall-ferroviji.
  • B’kollox, kważi €41 biljun (12% tat-total) se jkun disponibbli għall-infrastruttura tat-toroq, inklużi TEN-T u toroq nazzjonali, reġjonali u lokali.
  • Għall-infrastruttura tal-ferroviji, se jintefaq total ta’ €23.6 biljun (6.8%), inklużi proġetti TEN-T.
  • Allokazzjonijiet oħra jinkludu: trasport urban: €8.1 biljun (2.3%), portijiet u xmajjar: €4.1 biljun (1.2%), trasport multimodali u sistemi ta’ trasport intelliġenti: €3.3 biljun (1%); ajruporti: €1.9 biljun (0.5%)..

Links Siewja:

  • Kummissjoni Ewropea - Trasport EN
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a