Navigation path

Additional tools

It-turiżmu

L-Ewropa hija l-aktar destinazzjoni turistika popolari fid-dinja. Għaldaqstant it-Turiżmu għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ ħafna reġjuni Ewropej. It-turiżmu sostenibbli jiżgura wkoll il-ħarsien u t-titjib tal-wirt naturali u kulturali tal-Ewropa. Il-Politika ta’ Koeżjoni għall-2007-2013 għandha l-għan li taġevola kompletament it-turiżmu għall-iżvilupp reġjonali u l-ħolqien tal-impjiegi.

Il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni jistgħu jipprovdu appoġġ essenzjali biex itejbu l-kompetittività u l-kwalità tat-turiżmu fuq livelli kemm reġjonali kif ukoll lokali. L-infrastruttura maħluqa għat-turiżmu tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp lokali, u l-impjiegi jinħolqu jew jinżammu anke f’żoni fejn l-industrija jew il-biedja qabdet it-triq tan-niżla, jew dawk li jinsabu għaddejjin minn riġenerazzjoni urbana. Għaldaqstant it-turiżmu huwa strument importanti biex jiġu integrati reġjuni inqas żviluppati jew biex jingħataw aċċess ugwali għall-vantaġġi tat-tkabbir.

Bejn l-2007 u l-2013, in-nefqa ppjanata mill-UE direttament għat-turiżmu taħt il-politika ta’ Koeżjoni tammonta għal aktar minn 6 biljun ewro jew 1.8% tal-baġit totali. EUR 3.8 biljun huma allokati għat-titjib tas-servizzi turistiċi, EUR 1.4 għall-ħarsien tal-iżvilupp tal-wirt naturali u EUR 1.1 biljun għall-promozzjoni ta’ assi naturali. Barra minn hekk, l-appoġġ għall-infrastruttura turistika jista’ jiġi pprovdut taħt intestaturi oħra, bħall-innovazzjoni, il-promozzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji, it-teknoloġija informatika u l-kapital uman.

Links Siewja:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a