Navigation path

Additional tools

It-Teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Id-disseminazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fl-ekonomija tal-Unjoni hija għodda ewlenija għat-titjib kemm tal-livelli ta’ produttività kif ukoll il-kompetittività tar-reġjuni waqt li tħeġġeġ ir-riorganizzazzjoni tal-metodi ta’ produzzjoni u il-ħolqien ta' negozji ġodda.

Il-fondi strutturali tal-UE jistgħu jiżguraw li n-negozji u l-familji jassorbu l-ICT u l-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta’ appoġġ bilanċjat biex iforni d-domanda għall-prodotti tal-ICT fis-servizzi pubbliċi u privati inkluż il-promozzjoni tal-ekonomija diġitali kompetittiva u miftuħa, soċjetà inklusiva u l-provvista ta’ infrastruttura, fejn is-suq ma jirnexxilux jipprovdiha bi prezz li jintleħaq minn kulħadd, speċjalment f’żoni rurali u remoti u fi Stati Membri ġodda.

Għall-2007-2013, il-fondi allokati għall-ICT juru żieda assoluta u relattiva importanti għal aktar minn €15-il biljun jew 4.4% tal-baġit sħiħ tal-politika ta’ koeżjoni. Hemm ċaqliq ċar fil-prijoritajiet tal-investiment mill-infrastruttura għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-kontenut, it-tnejn li huma fis-settur pubbliku (eHealth, eGovernment, eċċ.) u għall-SMEs (eLearning, eBusiness, eċċ.).

Links Siewja:

  • Kummissjoni Ewropea – is-Soċjetà tal-Informazzjoni EN
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a