Navigation path

Additional tools

Saħħa

L-importanza tas-saħħa fil-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku ta’ reġjun hija essenzjali. Il-populazzjoni ta’ reġjun li tgħix ħajja itwal u aktar f’saħħitha tfisser popolazzjoni li tibqa’ attiva fis-soċjetà għal żmien itwal u li tkun ta' piż inqas fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa u - ferm importanti - popolazzjoni li tkun tagħti kontribut lit-tkabbir sostenibbli u ekonomiku tar-reġjun.

Il-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tnaqqas id-distakki bejn ir-reġjuni Ewropej sabiex issaħħah il-koeżjoni soċjali u ekonomika madwar l-UE. F’dan il-kuntest, is-saħħa dejjem qed tiġi aktar rikonoxxuta bħala qasam ta’ prijorità u l-għodod ewlenija biex tinkiseb żieda fil-koeżjoni soċjali u ekonomika fil-qasam tas-saħħa huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF).

Bejn l-2007 u l-2013, l-infiq fuq l-infrastruttura tas-saħħa hija ppjanata li taqbeż il-5 biljun EUR. Dan ifisser 1.5% tal-baġit totali, b’allokazzjonijiet sinifikanti għal ċertu reġjuni partikolari ta’ konverġenza. Se jkun hemm infiq ukoll fl-appoġġ ta’ miżuri oħra relatati mas-saħħa pprovduti taħt intestaturi oħra bħar-riċerka u l-innovazzjoni, il-promozzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji, is-soċjetà tal-informazzjoni (jiġifieri servizzi e-health għaċ-ċittadini) u l-kapital uman (jiġifieri x-xjuħija attiva u l-iktar snin ta' xogħol).

Links Siewja:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a