Navigation path

Additional tools

Enerġija

Is-sikurezza tal-provvista, enerġija għall-but ta’ kulħadd fl-ekonomiji kompetittivi, u s-sostenibbiltà ambjentali huma t-tliet kolonni tal-metodu integrat għall-politika tal-klima u l-enerġija li ssegwi l-UE. Għandha l-għan li tiffranka 20% mill-konsum tal-enerġija meta mqabbla mat-tbassir għall-2020 u li tilħaq 20% fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli sal-2020. Il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 tindirizza l-użu intensiv tas-sorsi tal-enerġija tradizjonali, l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli sabiex ir-reġjuni jsiru post aktar attrajenti filwaqt li jiġu promossi l-enerġiji rinnovabbli bħala vetturi għall-innovazzjoni u t-tkabbir.

Fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-għan "Konverġenza", il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jappoġġaw in-netwerks ta’ enerġija trans-Ewropej bil-għan li jtejbu s-sikurezza tal-provvista, jlestu s-suq intern, jintegraw il-kunsiderazzjonijiet ambjentali, itejbu l-effiċjenza tal-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli. Kemm għall-"Konverġenza",  kif ukoll għall-għanijiet “Konverġenza u Kompetittività u Impjiegi Reġjonali”, prijorità importanti tal-ERDF hi li tistimola l-effiċjenza tal-enerġija u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta' sistemi effiċjenti għat-tmexxija tal-enerġija.

L-attivitajiet tal-enerġija rinnovabbli għandhom potenzjal qawwi li jkattru l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni tal-UE biex b’hekk joħolqu impjiegi ġodda u jagħtu spinta ġdida fl-ekonomija u l-iżvilupp soċjali. Din hija riflessa fil-fatt li l-allokazzjonijiet tal-politika ta' Koeżjoni għall-enerġiji rinnovabbli għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 huma ħames darbiet aktar taħt l-għan Konverġenza u seba’ darbiet aktar taħt l-għan “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” meta mqabbel mal-perjodu 2000-2006.

Fil-programmi ta’ qafas għall-2007-2013, l-UE allokat €4.8 biljuni għal proġetti ta' enerġiji rinnovabbli (l-enerġija mir-riħ u mix-xemx, il-bijomassa, kif ukoll l-enerġija idroelettrika u ġeotermali), €4.2 biljun għall-effiċjenza tal-enerġija, il-ko-ġenerazzjoni u t-tmexxija tal-enerġija u €1.7 biljun għall-investiment fis-sorsi tradizzjonali tal-enerġija li minnhom, €674 miljun huma allokati għall-investiment fin-netwerks tal-enerġija Trans Ewropej fl-elettriku u l-gass.

Links Siewja:

  • Kummissjoni Ewropea - Enerġija EN
Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a