Navigation path

Additional tools

Xogħol u inklużjoni soċjali

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni tan-nies kollha fis-soċjetà, b’mod partikolari ta’ dawk li jinsabu fil-marġni tagħha, huwa għan fundamentali tal-UE. Is-sistemi tal-benesseri soċjali u ta’ appoġġ fis-seħħ madwar l-Ewropa jirriflettu dan il-valur komuni ta’ koeżjoni soċjali. Madankollu ħafna gruppi ta’ nies fl-Unjoni huma soċjalment esklużi – dan jista’ jkun minħabba diżabbiltà, minħabba li ma għandhomx ħila biżżejjed, minħabba li jgħixu f’żoni deprivati b’aċċess limitat għas-servizzi jew minħabba problemi ta’ saħħa.

Dan jestendi għall-impjiegi, fejn xi nies isibuha diffiċli li jsibu xogħol. L-immigranti u l-minoranzi etniċi, bħall-popolazzjonijiet tar-Roma EN, huma sikwit soġġetti għal diskriminazzjoni, ħaġa li żżid aktar ir-riskju tal-esklużjoni soċjali. L-impjieg huwa fattur ewlieni fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iżda l-individwi żvantaġġati sikwit jeħtieġu strateġiji ta’ appoġġ aktar komprensivi, li jistgħu jinkludu appoġġ personalizzat, li jkollu fil-mira lill-familji wkoll.

Il-promozzjoni ta’ aktar xogħlijiet u xogħlijiet aħjar, l-appoġġ tal-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-gruppi żvantaġġati, u l-iżvilupp ta’ soċjetà inklużiva aċċessibbli għal kulħadd, huma għanijiet predominanti li jirfdu l-investiment tal-UE. Parti kbira mill-investiment tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-perijodu 2007-2013, hija immirata għall-promozzjoni tal-aċċess għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali għal gruppi varji. Qiegħda tingħata enfasi speċjali lil ħaddiema żgħażagħ u lil ħaddiema ikbar fl-età, lill-immigranti u lil minoranzi etniċi. Azzjonijiet speċifiċi huma mmirati wkoll lejn in-nisa sabiex jgħinuhom jidħlu fis-suq tax-xogħol, titnaqqas is-segregazzjoni abbażi tas-sess fis-suq tax-xogħol u sabiex jirrikonċiljaw aħjar ix-xogħol u l-ħajja privata.

Links utli:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a