Navigation path

Additional tools

Politika tal-kompetizzjoni

Il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni u reġjonali għandu jirrispetta r-regoli tal-għajnuna mill-istat fejn rilevanti.

L-Artikolu 87 tat-Trattatt tal-KE pdf jipprojbixxi miżuri tal-għajnuna mill-istat li:

a) jinvolvu trasferiment ta' riżorsi tal-istat
b) jagħtu vantaġġ ekonomiku lin-negozji
c) ixekklu l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu b'mod selettiv ċerti benefiċjarji u mhux oħrajn
d) jaffettwaw in-negozju bejn il-pajjiżi tal-UE.

Għal aktar dettlaji, ara l-Vademecum dwar l-għajnuna mill-Istat pdfEnglish.

Klawsoli ta' eżenzjoni rilevanti għall-funzjonament tal-Fondi Strutturali huma:

  • L-Artikolu 87(3)(a) – għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta' żoni fejn il-livell tal-għajxien hu anormalment baxx jew fejn hemm qgħad sejru
  • L-Artikolu 87(3)(c) – għajnuna li tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi, fejn din ma taffetwax b'mod ħażin il-kundizzjonijiet ta' negozju b'tali mod li tmur kontra l-interess komuni.
  • Dawn l-eżenzjonijiet huma spjegati fid-dettall fil-linji gwida tal-għajnuna mill-istat reġjonaliEnglish li jiffissaw ir-rati massimi permessi ta' għotjiet għal ċerti reġjuni magħżula speċifikament. Għal aktar dettall, ara l-linji gwida tal-għajnuna reġjonali għall-2007-13.

Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomikaattwali, il-pjan Ewropew għall-irkupru ekonomiku jinkludi qafas li jissimplifika r-regoli li jirregolaw l-iskemi ta' għajnuna mill-istat kofinanzjati mill-politika ta' koeżjoni. Dan ifisser li, f'ċerti każijiet, ħlasijiet bil-quddiem għal skemi tal-għajnuna mill-istat jistgħu jiġu rimborżati sa 100%.

Hemm ukoll arranġamenti temporanji English (sal-aħħar tal-2010) taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat biex jgħinu lill-pajjiżi jindirizzaw l-effetti tal-kriżi tal-kreditu fuq l-ekonomija reali sal-2010. Dan ifisser li, taħt ċerti kundizzjonijiet:

  • il-kumpaniji jistgħu jirċievu somma f'daqqa ta' għajnuna sa €500 000 għas-sentejn li ġejjin biex ittaffihom mid-diffikultajiet kurrenti
  • huma disponibbli garanziji mill-istat għal self bi premium imnaqqas
  • hu disponibbli self sussidjat, partikolarment għall-produzzjoni ta' prodotti ekoloġiċi
  • in-negozji ż-żgħar jistgħu jirċievu kapital ta' riskju sa €2.5m kull sena (minflok il-€1.5 miljuni ta' bħalissa), sakemm tal-anqas 30% (minflok il-50% ta' bħalissa) tal-ispiża tal-investiment tiġi minn investituri privati.

Aktar tagħrif

  • Paġni dwar l-għajnuna mill-Istat tad-DĠ Kompetizzjoni English
  • Rispons tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kriżi ekonomika DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolsk

Id-DĠ għall-Politika Reġjonali m'għandux rwol fl-interpretazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat. L-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li qed ifittxu għajnuna f'dan il-qasam għandhom jikkonsultaw is-servizz tal-Kummissjoni rilevanti: i.e. DĠ Kompetizzjoni, DĠ Enerġija, DĠ Mobilità u Trasport jew DĠ Agrikoltura u Żvilupp Reġjonal

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a