Navigation path

Additional tools

Appoġġ għan-negozju

L-appoġġ għall-ħolqien u t-tkabbir tan-negozji, partikolarment l-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), huma l-modi ewlenin kif il-poltika ta' koeżjoni tgħin biex tagħti spinta lill-ekonomiji reġjonali.

L-appoġġ lill-intraprendituri, l-attrazzjoni tal-investituri u t-titjib tal-kapaċità produttiva tar-reġjuni hija essenzjali għat-titjib tar-rendiment ekonomiku tagħhom u għall-għajnuna ta’ dawk li għadhom lura. Ta' kull sena fl-UE jinħolqu madwar 1.2 miljun impriża li jammontaw għal madwar 10% tan-numru totali ta’ negozji. Iżda nofshom biss jibqgħu jeżistu għal aktar minn ħames snin. U hemm differenzi kbar madwar l-UE, ngħidu aħna, fl-Italja, Spanja u r-Renju Unit, jinħolqu d-doppju tal-intrapriżi ġodda li jinħolqu bħala medja fl-UE.

L-SMEs huma l-ġganti veri tal-ekonomija Ewropea u jsarrfu f’99% tan-negozji u sa żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat fl-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, l-SMEs spiss ikollhom diffikultà biex jaċċessaw il-kapital u l-għarfien u normalment tonqoshom l-esperjenza. Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha l-għan li tattakka dawn id-diffikultajiet permezz ta’ tiżwieqa ta’ miżuri ‘iebsa’, bħal investiment dirett u miżuri ‘ħfief’, speċjalment il-provvediment ta’ servizzi ta’ appoġġ għan-negozji, taħriġ, ambjent innovattiv, inġinerija finanzjarja u trasferiment tat-teknoloġija, kif ukoll appoġġ lin-netwerks u gruppi.

Bejn l-2007 u l-2013, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jappoġġaw:

  • Il-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs, partikolarment dawk relatati mal-intraprenditorija, l-aċċess għall-finanzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija, l-aċċess għall-informazzjoni u t-teknoloġiji ta' komunikazzjoni jew il-produzzjoni favur l-ambjent. Madwar €27 biljun (7.9% tal-allokazzjoni totali) huma allokati għal tali appoġġ dedikat speċifikament lill-SMEs.
  • Appoġġ ieħor, kemm għan-negozji l-kbar u kemm għan-negozji ż-żgħar, inkluż l-investiment produttiv u l-provvediment ta’ servizzi ta’ appoġġ għan-negozji fl-oqsma msemmija hawn fuq, huma ppjanati li jirċievu €28 biljun oħra (8.1% tal-allokazzjoni totali). Sehem kbir ta' dawn il-fondi se jibbenefikaw minnhom, direttament jew indirettament, l-SMEs.

Links Siewja:

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a