Dan is-sit ġie arkivjat (12/08/2009)
12/08/2009
Print versionDecrease textIncrease text

Il-kontribuzzjonijiet tiegħek: l-aspetti tal-privatezza

Għall-informazzjonj tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni ppubblikat il-kontribuzzjonijiet kollha li waslu minn kontributuri mill-istituzzjonijiet u individwi fuq il-websajt dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi sakemm il-kontributuri konċernati rrifjutaw biċ-ċar il-pubblikazzjoni ta' dawn il-kontribuzzjonijiet.

Madanakollu bħala regola ġenerali , kummenti u kontribuzzjonijiet li waslu minn individwi huma ppubblikati biss fuq il-websajt tal-Kummissjoni fuq bażi anonima, billi tħallew barra l-isem u d-data tal-kuntatt ta’ min jibagħtha u billi tispeċifika biss il-pajjiż tar-residenza ta’ min jibagħtha. Dawk il-kontributuri individwali li xtaqu li l-Kummissjoni, flimkien mal-kontribuzzjonijiet, tippubblika fuq is-sit isimhom u l-informazzjoni dwar kif jistgħu jiġu kkuntattjati ġew mitluba biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan espliċitament meta jibgħatu l-kontribuzzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni ppubblikat kummenti li waslulha fuq din il-websajt fl-għamla li rċeviethom. Għalhekk dawn ma għandux ikollhom informazzjoni kunfidenzjali.

Il-konsultazzjoni kienet soġġetta għal regoli dwar il-privatezza tad-data . Stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza pdf - 17 KB [17 KB]

tispeċifika kif ġiet trattata d-data personali tiegħek.

Ikklikkja hawnhekk għal aktar tagħrif dwar il-proċess li jwassal mill-konsultazzjoni għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni finali: http://ec.europa.eu/environment/air/transport/co2/co2_home.htm
L-aħħar aġġornament: 16/02/2009  |Fuq