Dan is-sit ġie arkivjat (12/08/2009)
12/08/2009
Print versionDecrease textIncrease text

Konsultazzjoni

Fl-2007, Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tivvaluta possibilitajiet differenti għat-tfassil tal-qafas leġiżlattiv neċessarju, b'mod partikolari dak relatat mal-kisba tal-għan għal 130 gramma kull kilometru permezz tat-teknoloġija tal-vetturi. Din il-konsultazzjoni pubblika ġiet użata sabiex jinġabru l-opinjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija proposta mill-Kummissjoni kif ukoll biex jintlaqgħu l-kontribuzzjonijeit u l-ideat tal-partijiet interessati dwar il-possibilitajiet disponibbli għat-tfassil tal-qafas leġiżlattiv, fosthom l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' dawn l-għażliet. B'mod partikolari, il-Kummissjoni fittxet aktar kontribuzzjoni għall-valutazzjoni tagħha dwar l-impatt mil-lat tan-nefqa u l-benefiċċji għall-implimentazzjoni ta' elementi varji għall-istrateġija proposta.

Fil-komunikazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni identifikat bosta prinċipji, li kellhom jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-qafas leġiżlattivi tal-ġejjieni. Essenzjalment, għandu jiġi mfassal "sabiex jassigura miri li huma kompettitivament newtrali u soċjalment ugwali kif ukoll tnaqqis sostenibbli li huwa ugwali għad-diversità tal-manifatturi Ewropej tal-vetturi. Dan għandu wkoll jevita kwalunkwe distorsjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-vetturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stenniet il-qafas tal-ġejjieni li jkun newtrali teknoloġikamnet fis-sens li ma jirreferix jew jagħti preċedenza lil teknoloġija speċifika li jistgħu jintużaw biex jinkiseb l-għan. Fl-aħħarnett, permezz tal-qafas leġiżlattiv għandu jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 li jista jkun kkalkulati, immonitorjati, magħdudin u ma jgħoddux doppjament it-tnaqqis tas-CO2.

Ikklikkja hawnhekk għal aktar tagħrif dwar il-proċess li jwassal mill-konsultazzjoni għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni finali: http://ec.europa.eu/environment/air/transport/co2/co2_home.htm

L-aħħar aġġornament: 16/02/2009  |Fuq