Avviż legali | X’hemm ġdid? | Arkivji | Dwar EUROPA | Werrej | Kuntatt
Ir-rokna tal-qari ħafif Aqbeż is-selection bar tal-lingwa (buttuna għax-shortcut=2)
Il-Kummissjoni Ewropea > Ir-rokna tal-qari ħafif
Kotba
Mapep
Posters u kartolini
Iż-żgħar u ż-żgħażagħ

 

Ir-Rokna tal-Għalliema

 

Merħba għar-Rokna tal-Qari Ħafif!

Hawnhekk se ssibu kotba li jispjegawlkom, bl-eħfef mod possibbli, x’inhi u x’tagħmel l-Unjoni Ewropea.

Tista’ anki ssib mapep, posters u kartolini u materjal għall-qari għaż-żgħar u ż-żgħażagħ.

Il-prodotti tagħna huma ppubblikati fit-22 lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u tista' taqra t-test sħiħ fuq dan is-sit.

Jekk qed tfittex tagħrif dwar suġġett speċifiku, iċċekkja l-lista ta’ suġġetti tagħna. Tista’ anki tuża l-"fittex" fir-rokna tal-lemin fin-naħa ta’ fuq.

Jekk digà taf it-titlu li qed tfittex, tista’ ssibu billi tmur sal-lista alfabetika tat-titli tal-kotba.

Tista’, fil-biċċa l-kbira, tikseb kopji stampati bla ħlas tal-pubblikazzjonijiet fuq dan is-sit, skond dak li jkun disponibbli. Dawn jistgħu jinkisbu minn bosta postijiet, inklużi l-EU Info Points u r-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni English fil-pajjiżi ta’ l-UE u mid-Delegazzjonijiet English Français tal-Kummissjoni f’pajjiżi oħra madwar id-dinja.

Tista’ wkoll tordna kopja stampata ta’ ktieb li tkun rajt fuq is-sit billi tikklikkja fuq l-icon "kopja waħda".

Dipartimenti oħra tal-Kummissjoni Ewropea u korpi ta’ l-UE jipproduċu wkoll għażla kbira ta’ pubblikazzjonijiet. Tista’ ssibhom permezz ta’ l-"EU bookshopEnglish.

It-taqsima "Arkivji" f’dan is-sit fiha pubblikazzjonijiet qodma, li l-informazzjoni tagħhom m’għadhiex kompluta u aġġornata.

Jekk teħtieġ tagħrif aktar dettaljat dwar l-UE u l-attivitajiet tagħha, jew jekk trid li titweġiblek mistoqsija speċifika, ikkuntattja l-call centre tal-Europe Direct, bl-e-mail jew billi ċċempel in-numru tal-freephone 00 800 6 7 8 9 10 11 mill-UE kollha.

Nieħdu gost naqraw il-kummenti tagħkom dwar ir-Rokna tal-Qari Ħafif u dwar il-pubblikazzjonijiet tagħna. Jekk jogħġobkom, ibagħtuhom lill-kaxxa ta’ l-ittri tagħna.

 

Avviż legali | X’hemm ġdid? | Arkivji | Dwar EUROPA | Werrej | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna