Erasmus+

Gwida tal-Programm

Gwida tal-Programm

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi d-dokument ewlieni għal min jixtieq ikollu għarfien profond tal-programm Erasmus+.

Il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jsibu d-dettalji sħaħ tal-opportunitajiet kollha appoġġjati minn Erasmus+.

Il-Gwida tal-Programm 2017 hi disponibbli wkoll f’verżjoni onlajn, b’format aktar sempliċi għall-użu u aċċessibbli biex ikun iktar faċli għal min jużaha biex isib l-informazzjoni.

Għal xi azzjonijiet ċentralizzati hi disponibbli wkoll tabella ta’ ammonti indikattivi ta’ finanzjament.

Kalkulatur tad-DistanzaGwida onlajn

 

Dwar

X'inhi?

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi parti integrali tas-Sejħa Ġenerali għal Proposti ta’ Erasmus+ 2017.

L-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li qed ifittxu finanzjament fil-qafas ta’ din is-sejħa għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew f’din il-Gwida.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar:

  • il-prijoritajiet tal-programm,
  • l-azzjonijiet appoġġjati,
  • il-finanzjament disponibbli għal azzjonijiet differenti,
  • l-informazzjoni dettaljata dwar il-parteċipazzjoni.

Liema verżjonijiet lingwistiċi huma disponibbli?

Bħalissa, il-Gwida tal-Programm hi disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

bg cs da de et el en es fr it lv
lt hr hu mt nl pl pt ro sk sl fi
sv  

Hi disponibbli wkoll verżjoni onlajn bl-Ingliż (fl-2017 se jkun hemm disponibbli verżjonijiet ta’ lingwi oħrajn).

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet onlajn lill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż rilevanti jew lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Il-formoli ta' applikazzjoni onlajn tal-2017 u d-dokumenti relatati qed ikunu ppreparati bħalissa u se jkunu disponibbli fis-siti web jew tal-Aġenziji Nazzjonali jew tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, skont l-azzjonijiet ikkonċernati.

Individwi li jixtiequ japplikaw għandhom jikkuntattjaw l-organizzazzjoni, l-istituzzjoni jew l-istabbiliment edukattiv tagħhom.

X'inhuma t-tibdiliet ewlenin?

It-tibdiliet ewlenin introdotti fl-2017 jinkludu:

  • L-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “Prijoritajiet Ewropej fil-kuntest nazzjonali” taħt is-Sħubija Strateġika KA2. Għal aktar informazzjoni dwar dan, jekk jogħġbok żur is-sit web ta’ kull Aġenzija nazzjonali relevanti.
  • Ir-regoli ta’ finanzjament għal xi azzjonijiet deċentralizzati ġew irfinati.
  • L-azzjoni “Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali” m’għadhiex koperta minn din is-Sejħa Ġenerali u mill-Gwida tal-Programm u se tiġi ttrattata separatament permezz ta’ Sejħa Speċifika għal Proposti mħabbra mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Bħal fl-2016 u l-2017 fil-Gwida tal-Programm hemm fokus speċjali fuq l-inkoraġġiment għal proġetti li jappoġġjaw l-inklużjoni soċjali (b’mod partikulari tar-refuġjati u l-migranti), kif ukoll il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

Fejn tista' tiskopri aktar?

L-organizzazzjonijiet li qed ifittxu aktar informazzjoni dwar il-proċess jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Nazzjonali, l-Uffiċċju Nazzjonali jew l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura fi Brussell.

Fejn tista' ssib verżjonijiet preċedenti tal-gwida?

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2016 jinkludu:

Il-verżjonijiet preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2015 (li tapplika biss għas-Sejħa għal Proposti Erasmus+ 2015) jinsabu disponibbli hawnhekk:

Il-Gwida tal-Programm 2014 ukoll tinsab disponibbli għall-konsultazzjoni, iżda tapplika biss għas-Sejħa għal Proposti Erasmus+ 2014.

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.