Participant Portal

Il-Portal tal-Parteċipanti hu pjattaforma elettronika użata għall-immaniġġjar tal-programm Erasmus+. L-organizzazzjonijiet jew l-esperti li qed jisperaw li jieħdu parti f'Erasmus+ se jkollhom jirreġistraw mal-portal.

Il-portal joffri varjetà ta' karatteristiċi, servizzi u għodod għall-parteċipanti ta' Erasmus+ biex tkun iktar faċli li wieħed japplika għall-proġetti, jimmonitorjahom u jimmaniġġja l-proġetti u/jew il-proposti onlajn.

Biex jirreġistraw fil-portal, l-utenti se jkollhom jiftħu kont ma’ EU Login.

Fil-mistoqsijiet frekwenti tal-Portal, kif ukoll fil-Gwida tal-Utent hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar l-użu tal-portal.

Kodiċijiet ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant, jew il-PIC, hu kodiċi li jinħareġ lill-organizzazzjonijiet li jabbonaw għall-Portal tal-Parteċipant. Għalkemm ir-reġistrazzjoni mhijiex obbligatorja, l-organizzazzjonijiet li rreġistraw fil-Portal mhux se jkollhom għalfejn jissottomettu l-informazzjoni legali u finanzjarja tagħhom ma’ kull applikazzjoni.

Biex tikseb PIC, trid tiftaħ kont ma’ EU Login; Tista’ ssib informazzjoni dwar dan fl-FAQs tal-Portal u fil-Gwida tal-Utent

Tlift il-PIC?

Jekk tlift il-PIC tiegħek jew ma tistax tiftakru, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet tal-FAQs tal-Portal.