Il-konsultazzjonijiet

IL-KONSULTAZZJONIJIET ATTWALI

M'hemm ebda konsultazzjoni miftuħa

 

IL-KONSULTAZZJONIJIET TA’ QABEL

L-isfidi u l-prestazzjoni ta’ Erasmus+ fil-qasam tal-valuri u l-mobilità

Int interessat li taqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar kif jista’ jittejjeb il-programm Erasmus+? Ipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u l-mobilità mnedija mill-Kummissjoni Ewropea. Din il-konsultazzjoni tagħmel parti minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-prijoritajiet li għandha ssir riflessjoni dwarhom fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Dan jinkludi mistoqsijiet dwar il-prestazzjoni attwali u l-isfidi futuri tal-programm Erasmus+. Dan se jgħinna niġbru feedback miċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħrajn u se jintuża mill-Kummissjoni biex tagħmel proposti għall-programm Erasmus+ li jmiss.

Il-kwestjonarju jinsab bi 23 lingwa tal-UE. 

Il-konsultazzjoni ntemmet fit-9/03/2018.

Aktar informazzjoni

 

Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Erasmus+

Il-konsultazzjoni kellha l-għan li tiġbor kummenti u perspettivi minn diversi partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali dwar ir-rilevanza tal-għanijiet tal-programm Erasmus+, l-effettività tal-miżuri meħuda biex jinkisbu kif ukoll l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tagħhom.

Il-konsultazzjoni ntemmet fit-31/05/2017.

Aktar informazzjoni

Aqsam din il-paġna