Il-Karti tal-Mobilità tal-ETV

Il-Karti tal-Mobilità

Il-Karta tal-Mobilità tal-ETV tal-Erasmus+ hija maħsuba biex tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet li għandhom rekord bil-provi ta' kwalità tajba fl-organizzazzjoni tal-mobilità għall-istudenti u l-persunal tal-ETV, sabiex ikomplu jiżviluppaw l-istrateġiji tagħhom ta' internazzjonalizzazzjoni Ewropea. L-internazzjonalizzazzjoni Ewropea tinvolvi l-iżvilupp ta’ approċċi internazzjonali fl-organizzazzjoni emittenti, pereżempju permezz ta’ netwerking ma’ korpi f’pajjiżi oħra, il-promozzjoni tat-tagħlim ta’ lingwi barranin, jew billi wieħed iħares lil hinn minn approċċi nazzjonali tal-ETV, flimkien mat-tkomplija tat-tagħlim f’pajjiż ieħor tal-Erasmus+.

L-għan ta’ din il-mappa tal-Detenturi tal-Karta tal-ETV hu biex tiffaċilita l-kuntatt u n-netwerking tal-organizzazzjonijiet tal-ETV interessati li jorganizzaw proġetti li jinvolvu l-mobilità tal-istudenti u tal-persunal tal-ETV u b’hekk issir ukoll għodda biex jiffurmaw sħubiji.

Il-mappa turi d-dettalji ta’ 640 Detentur tal-Karta tal-ETV minn pajjiżi li pparteċipaw fi proġetti ta’ Mobilità tal-ETV KA1 tal-Erasmus+ fl-2015 u fl-2016 (L-aħħar aġġornament tad-data 20/03/2017).

Mappa
 

Spjegazzjoni tal-mappa

Dawn huma xi suġġerimenti utli biex tieħu li tista’ mill-mappa:

  • L-ewwel dehra:
    • MAPPA
      Din hi vojta apposta biex tibda biha.
    • PAJJIŻI
      Ikklikkja biex tiżvela l-għadd ta’ Detenturi tal-Karta f’dak il-Pajjiż.
  • GRUPPI
    Jekk tara ċirku b’numru fih, dan jindika n-numru ta’ detenturi tal-Karta f’dik iż-żona. Ikklikkjah biex tkabbar.
  • MARKER
    Marker wieħed hu l-post fejn jinsab Detentur tal-Karta. Meta tikklikkjah se jinfetħu d-Dettalji tad-Detentur tal-Karta fil-panel tal-lemin.
  • DETTALJI
    Id-dettalji tad-detentur tal-karta fihom, kulur titlu Aħmar: Mexxej tal-Konsorzju, Blu: Membru tal-Konsrozju u Aħdar: Detentur tal-Karta Wieħed.

Jekk qed issib diffikultà biex tara l-Mappa, napprezzaw jekk tinfurmana dwar il-problema tiegħek permezz tal-formola tal-feedback. Infurmana wkoll dwar il-brawżer (inkluża l-verżjoni) u s-sistema operattiva li qed tuża.

Iċċekkja d-data ta’ pajjiż

 

 

Aqsam din il-paġna